Fejn ninsabu | Kontakt
L-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija hija bbażata fi Bremen (il-Ġermanja) fiċ-Ċentru tal-ilsien Malti fid-Dipartiment tal-Lingwistika tal-Università ta’ Bremen.
Die Internationale Vereinigung für Maltesische Linguistik hat ihren Sitz in Bremen (Deutschland) im Malta-Zentrum am Fachbereich 10: Sprach- und Literaturwissenschaften der Universität Bremen.
Indirizz | Postanschrift
Malta-Zentrum
Fachbereich 10: Sprach- und Literaturwissenschaften
Bibliothekstraße
P.O. Box 33 04 40
D-28344 Bremen
Deutschland
Fejn ninsabu | Besucheranschrift
Malta-Zentrum
Fachbereich 10: Sprach- und Literaturwissenschaften
Universitäts-Boulevard 11/13
Bini | Gebäude GW 2
Uffiċċju | Raum A 3540
D-28359 Bremen
Ġermanja | Deutschland
Kif tasal hawn bil-karozza
Jekk ġej mit-triq ewlenija A 1, dur għal ġot-triq A 27 ħdejn il-“Bremer Kreuz” fid-direzzjoni ta’ Bremen / Bremerhaven. Imbagħad oħroġ mill-A 27 fil-punt tal-ħruġ imsejjaħ “Universität / Horn-Lehe” u suq lejn iċ-“Centrum / Universität”. Meta tasal fit-tieni salib it-toroq dur fuq il-lemin (għal ġol-“Universitätsallee”), u erġa’ dur fuq il-lemin (għal ġol-“Enrique-Schmidt-Str. ”). Tista’ tuża kemm il-parking tal-karozzi li qiegħed fl-apert (li jiswa 70 ċenteżmu kuljum) kif ukoll dak ta’ taħt l-art li hemm fil-bini GW 2 (li jiswa EUR 1.40 kuljum).
Anreise mit dem Auto
Wenn Sie von der A1 kommen, wechseln Sie am Bremer Kreuz auf die A27 in Richtung Bremen-Bremerhaven. Sie verlassen die A27 an der Abfahrt Universität / Horn-Lehe und fahren Richtung Centrum / Universität. Biegen Sie an der zweiten Kreuzung (Universitätsallee) und dann noch ein weiteres Mal (Enrique-Schmidt-Str.) rechts ab. Parken können entweder auf dem Parkplatz (tägliche Parkgebühr 1,00€) oder in der Parkebene im Gebäude GW 2 (tägliche Parkgebühr 1,50 €).
Kif tasal hawn bil-ferrovija
Oħroġ mill-istazzjon prinċipali min-naħa li tagħti għaċ-ċentru tal-belt (l-“Innenstadt”). It-taxis u t-trams jitilqu direttament minn quddiem l-istazzjon prinċipali. Jekk taqbad taxi lejn l-Università ta’ Bremen (Enrique-Schmidt-Str., bini GW 2), din għandha tiswik madwar EUR 10. Tiġik irħas jekk tivvjaġġa bit-tram. Aqbad it-tram nru 6 fid-direzzjoni tal-"Universität” u inżel fl-“Universität NW 1” jew fl-“Universität / Zentralbereich”. Mixja qasira minn ġol-parking tal-karozzi jew tul il-“Boulevard” twasslek sal-bini GW 2.
Anreise mit dem Zug
Sie verlassen Bremen Hbf. in Richtung Süden (Stadtmitte). Taxi und Straßenbahn fahren direkt vom Bahnhofsvorplatz aus. Für die Weiterfahrt zur Universität Bremen mit dem Taxi zahlen Sie ca. € 10,00€. Günstiger ist es mit der Straßenbahn: Sie nehmen die Straßenbahn Linie 6 Richtung Universität. Sie haben die Möglichkeiten an den Haltestellen "Universität Süd" oder "Universität/Zentralbereich" auszusteigen. Ein kurzer Fußweg über den Parkplatz oder den “Boulevard” bringt Sie zum Gebäude GW 2.
Kif tasal hawn bl-Ajru
Jekk taqbad taxi sal-Università ta’ Bremen tiġi tiswik madwar EUR 18. It-tram nru 6 jmur direttament mill-ajruport sal-Università. Tista’ tinżel jew fl-“Universität NW 1”, fl-“Universität / Zentralbereich”, jew fl-aħħar waqfa msejħa “Klagenfurter Straße”. Mixja qasira minn ġol-parking tal-karozzi jew tul il-“Boulevard” twasslek sal-bini GW 2.
Anreise mit dem Flugzeug
Für Weiterfahrt zur Universität Bremen mit dem Taxi zahlen Sie ca. 18,--€. Die Straßenbahnlinie 6 fährt vom Flughafen direkt zur Universität. Sie haben die Möglichkeiten an den Haltestellen "Universität Süd", "Universität/Zentralbereich" oder an der Endhaltestelle "Klagenfurter Straße" auszusteigen. Ein kurzer Fußweg über den Parkplatz oder den “Boulevard” bringt Sie zum Gebäude GW 2.