IL-LINGWA TAGĦNA – Our Language
IL-LINGWA TAGĦNA hija s-serje li takkumpanja l-ġurnal ILSIENNA. Bħall-ġurnal, is-serje “IL-LINGWA TAGĦNA tiġi ppubblikata taħt il-patroċinju tal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija.
F’din is-serje jiġu ppubblikati monografiji u kollezzjonijiet ta’ artikli inklużi pubblikazzjonijiet onorarji (“festschrifts”) u volumi memorjali kif ukoll teżijiet tal-MA u tal-PhD eċċezzjonali ddedikati għal kull tip ta’ suġġett li huma rilevanti ħafna biex nifhmu l-lingwa Maltija u l-pajsaġġ lingwistiku tal-ġżejjer Maltin. Il-filosofija tal-GĦILM hi li ma timponi l-ebda restrizzjoni fuq it-teorija u l-metodoloġija tal-kontribuzzjonijiet sakemm il-manuskritti mressqa jkunu jilħqu l-istandards tad-dixxiplina kkonċernata.
L-edituri tas-serje “IL-LINGWA TAGĦNA” jagħżlu l-materjal skont l-aktar standards għoljin tad-dixxiplina tagħna. Il-manuskritti li nirċievu jiġu rreveduti regolarment minn esperti ugwali fil-qasam. Il-lingwi ta’ pubblikazzjoni huma l-Ingliż (ippreferut), il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Malti. Il-pubblikazzjonijiet kollha jkunu akkumpanjati minn sommarju bl-Ingliż u traduzzjoni tiegħu bil-Malti. Is-serje li takkumpanja l-ġurnal toħroġ minn żmien għal żmien f’daqsijiet differenti. L-ewwel volum ta’ “IL-LINGWA TAGĦNA” ħareġ fl-ewwel kwart tal-2009. Il-prezz ta’ kull volum ivarja minn volum għall-ieħor. Il-Membri tal-GĦILM huma intitolati għal skont ta’ 30 % fuq dan il-prezz.
Editur | Thomas Stolz |
Assistent Editur | Conny Stroh |
Editur Reviżur | Joseph Brincat |
Bord Editorjali | Bernard Comrie, Ray Fabri, Beth Hume, Manwel Mifsud, Martine Vanhove |
Bord Konsultattiv | Albert Borg, Antoinette Camilleri-Grima, Sandro Caruana, Martin Haspelmath, Mauro Tosco, Adam Ussishkin |
Pubblikatur | Universitätsverlag Dr. Norbert Brockmeyer Postfach 10 04 28 D-44704 Bochum Germany |
ISSN | 1866-6256 |